Dramm li qed jitella’ fi żminijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa mis-Sezzjoni Żgħażagħ Santa Marija fi ħdan is-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba kull sena ikollu fiħ xi suġġett jew episodji mill-ħajja kontemporanja… u din is-sena nsibu l-abort li se jisraqu ix-xena f’din il-produzzjoni.

Id-dramm ta’ madwar 25 minuta bit-titlu ‘Fejn hu Alla?!’, jikkonsisti f’xeni mill-Passjoni ta’ Kristu, u minsuġa fihom insibu personaġġi mid-dinja tal-lum li jkunu għadejjin minn diversi problem fosthom mard, kif ukoll l-abort. Dan kollu bil-għan li jwassal messaġġ u jqabbel tbatija li għadda minnha sidna Ġesu’ Kristu ma tbatijiet differenti li jeżistu fost iż-żgħażagħ u familji tal-lum.

Id-Dramm ‘Fejn Hu Alla?!’ qed jitella’ ġewwa s-Sotterran ta’ Palazz Santa Marija li jinsab propju fil-Pjazza tal-Imqabba f’dawn il-ġranet u ħinijiet:

  • Il-Ġimgħa, 12 ta’ April (Jum id-Duluri): 7.00pm – 9.00pm
  • Il-Ħadd, 14 ta’ April (Ħadd il-Palm): 11.00am – 1.00pm
  • L-Erbgħa, 17 ta’ April: 7.30pm – 9.00pm
  • Il-Ħamis, 18 ta’ April (Ħamis ix-Xirka): 7.00pm – 12.00am
  • Il-Ġimgħa, 19 ta’ April (Il-Ġimgħa l-Kbira): 9.30am – 12.00pm

Aktar informazzjoni, kif ukoll informazzjoni fuq il-Wirja La Semana Santa de Espana li qed titella’ ġewwa l-istess sede tas-Socjetà, isibuhom fuq is-sit tagħhom u l-pagna ta’ Facebook.