Għat-tieni sena konsekuttiva se jittella’ d-dramm mużikali Aħna li Konna Miegħu: Fuq il-Golgota, dramm tal-passjoni mtella’ miż-żgħażagħ Franġiskani – GiFra.

Fuq kitba ta’ Patri Joseph Magro, din is-sena se jittella’ fl-Awditorjum tal-iskola ‘Our Lady Immaculate’ fi Triq Villambrosa, Ħamrun, nhar l-Erbgħa 17 ta’ April fis-7.30 pm.

Id-dħul huwa b’xejn.