OPR

Nhar is-Sibt 13 t’April, il-President Emeritus Marie-Louise Colerio Preca se tkun fil-ħanut tal-Aġenda għand il-Pavi fil-11.00 a.m. biex tiffirma kopji tal-ktieb Marie-Louise Coleiro Preca Bejn Storja u Miti.

Il-ktieb hu ppubblikat minn Horizons u editjat minn Sergio Grech.

Fil-ktieb dwar Colerio-Preca jieħdu sehem diversi kontributuri fosthom il-Prim Ministru Joseph Muscat, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Mario Grech, l-Arċisqof George Frendo, il-Prim Ministru Emeritus Karmenu Mifsud Bonnici, il-Prim Ministru Emeritus Lawrence Gonzi, is-Segretarju Parlamentari Chris Agius u l-President Emeritus Ugo Mifsud Bonnici, kif ukoll Mary Rose Portelli – għalliema tal-President Emeritus  fil-Primarja.

Fuq kollox il-ktieb fih kontribut mill-għaxar President tar-Repubblika t-Tabib George W. Vella fejn anki joffri analiżi tas-snin 80 – snin diffiċli fl-istorja politika Maltija.  Fil-ktieb hemm ukoll id-diskorsi li l-Eċċellenza Tagħha għamlet f’Jum ir-Repubblika matul il-mandat tagħha.

Fil-jiem ta’ wara l-ktieb ikun għall-bejgħ mil-libreriji ewlenin.