REUTERS/Darrin Zammit Lupi

Dgħajsa b’70 persuna jfittxu l-ażil tniżżlu f’Lampedusa ‘lbieraħ filgħaxija. Fost dawk abbord kien hemm Libjani li qed jaħarbu mill-pajjiż wara li reġa’ faqqa’ l-ġlied. Għal bidu ġie rrappurtat li fuq id-dgħajsa kien hemm 90 persuna.

Fost dawk li kien hemm abbord kien hemm 53 Tuneżin u 17-il persuna mil-Libja, kien hemm biss mara waħda abbord.

L-aġenzja tal-aħbarijiet Taljana Ansa rrappurtat li sorsi qalulha lid-dgħajsa ġiet interċettata waranofsinhar mill-awtoritajiet Taljani fi triqtha lejn Sqallija, fl-ibħra bejn Malta u Sqallija. Id-dgħajsa ttieħdet lejn Lampedusa mill-Gwardja tal-Kosta Taljana.

Il-gazzetta La Stampa rrappurtat li l-immigranti talbu lill-awtoritajiet Taljani għall-għajnuna iżda l-ħidma tat-tfittxija u s-salvataġġ ma saritx.

Il-Ministru tal-Intern Taljan Matteo Salvini fuq Twitter qal li n-nies li jitħallew jidħlu fl-Italja huma dawk li jidħol b’mod regolari u għalhekk il-persuni se jkunu qed jintbgħatu lura.

Il-bastiment Alan Kurdi jibqa’ jistenna ‘l barra minn Malta

Il-bastiment Alan Kurdi b’iktar minn 60 persuna abbord għadu qed jistenna ‘l barra minn Malta, issa għal iktar minn 8 ijiem. Il-bastiment li huwa tal-għaqda tat-tfittxija u salvataġġ Ġermaniża Sea-Eye għadu mingħajr port sigur fejn jistgħu jitniżżlu l-persuni li ġew salvati mill-għarqa. Żewġ persuni diġà ġew evakwati mill-bastiment minħabba raġunijiet tas-saħħa.

AQRA: Filmat: “Mara tqila fuq Alan Kurdi sofriet minn attakk tal-epilessija”

AQRA: 2 immigranti evakwati mill-AFM minħabba assistenza medika