Eks suldat ammetta għall-qtil doppju tal-ġurnalist investigattiv Jan Kuciak u l-għarusa tiegħu fi Slovakkja.

Iż-żewġ vittmi ta’ 27 sena nqatlu fi Frar tal-2018 fid-dar tagħhom f’Velka Maca.

Miroslav Marcek u tliet persuni oħra, li kollha nqabdu, qed jiġu akkużati bil-qtil doppju. Dan il-qtil wassal għal bidla politika kbira fi Slovakkja. Il-prosekuturi akkużaw lin-negozjatur Slovak Marian Kocner li ordna biex isir dan il-qtil.

Kuciak kien qiegħed jinvestiga rabtiet allegati bejn in-negozjaturi u l-politikanti Slovakki mal-mafja Taljana.