Il-ġlied fi Tripli kompla fis-sigħat bikrin tal-Ġimgħa filgħodu, hekk kif reġa’ faqqa’ l-ġlied bejn l-militanti mmexxiha mill-Ġeneral Khalifa Haftar kontra t-truppi li huma mmexxiha mill-Gvern Libjan irrikonoxxut mill-komunità internazzjonali.

AQRA: Dgħajsa b’70 immigrant tiddaħħal f’Lampedusa

Il-ġlied eskala fiż-żona ta’ dak li kien xi darba l-ajruport internazzjonali fi Tripli u ż-żona ta’ Ain Zara.

AQRA: El Hiblu 1: Għall-prosekuzzjoni l-kriżi fil-Libja mhix ġustifikazzjoni

In-Nazzzjonijiet Uniti qalu li l-ġlied wassal biex madwar 9,500 spiċċaw kellhom jitilqgħu minn darhom filwaqt li l-Organiżazzjoni Dinija għas-Saħħa qalet li għamlet pjanijiet f’każ li mijiet ta’ eluf jispiċċaw bla dar.

Tard ilbieraħ filgħaxija l-Unjoni Ewropea talbet lill-militanti mmexxiha minn Haftar biex jiefqu mill-ġlied.

AQRA: It-truppi tal-Lvant tal-Libja javvanzaw fi Tripli

L-għaqda internazzjonali tat-tobba, l-Médecins Sans Frontières (MSF), uriet tħassib kbir għall-persuni maqbuda fil-ġlied li jinkludu rifuġjati u immigranti li jinsabu miżmuma f’ċentri tad-detenzjoni fi Tripli jew f’żoni fejn bħalissa għaddej il-ġlied. L-MSF kwotat ċifri maħruġa mill-Organiżazzjoni Dinija għas-Saħħa fejn s’issa 266 persuna indrabu filwaqt li 56 persuna tilfu ħajjithom fil-ġlied. Fost il-mejta hemm żewġ tobba u xufier ta’ ambulanza li kienu fi triqthom lejn post fejn seħħ inċident.