Din il-ġimgħa fetaħ l-ikbar stabbiliment tal-ħwejjeġ Primark fid-dinja. Dan fetaħ f’Birmingham, u hu 4 darbiet ikbar mill-Primark li kien hemm viċin il-ħanut il-ġdid.

L-istabbiliment ikopri 5 sulari, li m’għandhomx biss ħwejjeġ, iżda hemm ukoll 3 ristorants, kafetteriji u saħansitra barbier u sezzjoni tal-irtokk għan-nisa. L-istabbiliment hu mogħni bi kważi 1,000 ħaddiem.

L-ikbar ħanut ta’ Primark mistenni jiftaħ fl-Ingilterra

Waħda mill-affarijiet li spikkaw kienet sezzjoni ta’ Disney, fejn dak li jkun jista’ joħloq flokk ta’ xi karattru ta’ Disney hu stess, u jagħżel liem karattri, kliem u kuluri jixtieq li jkunu inklużi fil-flokk.

Dan l-iżvilupp sewa madwar 70 miljun lira sterlina.