Kmieni dalgħodu, karozza tad-ditta Ferrari spiċċat waqgħet f’gandott fl-Imġarr.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-7.45am. Dan seħħ fil-bypass tal-Imġarr.

Skont il-Pulizija ħadd ma weġġa’ kawża tal-inċident u lanqas intalbet li toħroġ ambulanza.