Sudanese demonstrators celebrate after the Defence Minister Awad Ibn Auf stepped down as head of the country's transitional ruling military council, as protesters demanded quicker political change, outside the Defence Ministry in Khartoum, Sudan April 13, 2019. REUTERS/Stringer

Id-dimostranti fis-Sudan qalu li se jkomplu jżommu l-pressjoni għat-tmexxija ċivili wara li l-ministru għad-difiża rriżenja ħabta u sabta bħala l-aġent mexxej wara li tneħħa mill-poter il-President Omar al-Bashir wara 30 sena ta’ tmexxija awtokratika.

Il-Ministru għad-Difiża Awad Ibn Auf irreżenja mill-kariga tal-kunsill militari tranżitorju nhar il-Ġimgħa wara li għamel biss jum fil-kariga. Dan waqt li d-dimostranti talbu għal bidla politika aktar mgħaġġla.

Kien hemm ċelebrazzjonijiet fit-toroq ta’ Khartoum fejn eluf ta’ dimostranti xejru l-bnadar u xgħelu l-mobiles tagħhom fid-dlam.

L-Assoċjazzjoni tal-Professjonisti tas-Sudan (SPA) li qed tmexxi l-protesti sejħet għal aktar dimostrazzjonijiet.