Il-Pulizija fir-Renju Unit fetħet in-nar fuq karozza li daħlet ġol-karozza pparkjata tal-ambaxxatur tal-Ukrajna f’Londra skont l-ambaxxata tal-Ukrajna. Qalet li ħadd ma weġġa’.

Fi stqarrija, l-ambaxxata qalet li l-karozza uffiċjali tal-ambaxxatur kienet ipparkjata quddiem il-bini tagħha. Karozza oħra daħlet fiha għal t’apposta.

L-ambaxxata qalet li l-pulizija ssejħu minnufih u l-vettura ġiet imblukkata. Però, minkejja l-azzjoni tal-Pulizija, l-aggressur reġa’ laqat il-karozza tal-ambaxxatur. Il-pulizija mbagħad ma kellhomx għażla ħlief li jisparaw fuq il-vettura tal-agressur.