Facebook, Instagram u WhatsApp reġgħu bdew jaħdmu għall-ħabta tat-3pm.

Dan wara diversi sigħat li fihom diversi persuni inkluż f’Malta ma setgħux jaċċessaw dawn il-mezzi tal-midja soċjali tant popolari.

Facebook, Instagram u WhatsApp mhux jaħdmu

Il-mezzi tal-midja soċjali Facebook, WhatsApp u Instagram mhux qed jaħdmu għal diversi persuni madwar id-dinja fosthom f’Malta.

Il-problemi bdew minn dalgħodu meta l-news feed ta’ Facebook għal diversi persuni ma kinitx qed tagħmel refresh. Iktar tard dawk li ppruvaw jaċċessaw l-Facebook minn fuq kompjuter sabu li d-domain mhux aċċessibbli.

Ħafna nies li jagħmlu użu minn WhatsApp sabu li la jistgħu jibgħatu lanqas jirċievu messaġġi.

Iktar tard min jagħmel użu ta’ dawn l-apps marru fuq Twitter jilmentaw minħabba l-użu ta’ aċċess.

Newsbook.com.mt għamel kuntatt ma’ Facebook dwar il-problema.