Members of Misrata forces, under the protection of Tripoli's forces, prepare themselves to go to the front line in Tripoli, Libya April 8, 2019. REUTERS/Hani Amara

Forżi Libjani mill-Llvant se jkomplu l-avvanz tagħhom fuq il-kapitali ta’ Tripli, dan tħabbar mill-kap tal-Parlament tal-Lvant hekk kif il-pajjiż jinsab maqsum fit-tnejn minkejja sejħiet mill-Kommunita’ Internazzjonali biex tieqaf l-offensiva bit-tama li ma jkunx hemm imwiet fost iċ-ċivili.

Dawn il-kummenti saru wara attakk bl-arju mill-Forzi tal-Punent laqtu skola fin-nofsinhar ta’ Tripli fejn Forzi tal-Lvant ikkonfrontaw lill-forzi alleati tal-Prim Ministru Fajex al Serraj li hu rikonxxut mill-Kommunita’ Internazzjonali.