Ritratt meħud minn Joe Borg

Luxol temmew l-istaġun bl-aħjar mod possibbli hekk kif rebħu wkoll il-finali tan-Knockout wara li spiċċaw fl-ewwel post fil-kampjonat. Huma kisbu l-aħħar rebħa tagħhom meta għelbu lil Valletta bl-iskor ta’ 6-2.

Kienu l-Beltin li marru fil-vantaġġ permezz ta’ Dylan Musu iżda f’inqas minn minuta Andy Mangion għamilhom 1-1. L-ewwel taqsima, li kienet waħda bbilanċjata, intemmet 2-1 favur Luxol grazzi għall-gowl ta’ Leanderson Sant’ Anna Coriolano. Luxol ġabu fi tmiemhom t-tamiet li kellhom Valletta hekk kif gowls ta’ Nicola Del Re, Celino Alves, Leanderson u awto gowl ta’ Musu kabbru l-vantaġġ ta’ Luxol għal ħames gowls. Mohamed Abdussalam Elamari skurja t-tieni gowl ta’ Valletta sabiex l-iskor finali kien dak ta’ 6-2.

Wara tmiem il-logħba, il-Viċi President tal-MFA Dr Matthew Paris flimkien ma’ Mireille Vella ippreżentaw il-midalji u t-tazza lill-plejers ta’ Luxol.