Ġermaniża ta’ 23 sena tilfet ħajjitha wara li tgħafġet mit-trakk hekk kif waqgħet minn fuq mutur.

L-inċident seħħ il-bieraħ filgħaxija għall-ħabta ta’ ħdax u nofs fi Vjal Santa Luċija Raħal Ġdid.

Kien ġurni ta’ 23 sena miż-Żejtun li kien qed isuq il-mutur li tilef il-kontroll tiegħu bil-konsegwenza t-tnejn li huma waqgħu minn fuq il-mutur.

F’dak il-ħin, trakk li kien qed isuq eżatt wara l-mutur laqgħat lit-tfajla bil-konsegwenza li ntrifset taħtu.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei iżda it-tfajla li kienet passieġiera ġiet ċċertifikata mejta fuq il-post.

Is-sewwieq tal-mutur weġġa’ ħafif.

Dwar dan il-każ inħatret inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa bl-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett ta’ Raħal Ġdid .