Il-Pulizija permezz tal-għajnuna mill-pubbliku rnexxielha tidentifika l-ġuvni li aktar kmieni ttella’ mill-baħar. Fi stqarrija il-Pulizija qalu li ġuvni għandu 33 sena mill-Belġju u residenti Tas-Sliema

Kien għall-ħabta tat-2.45pm tal-Ħadd meta l-Pulizija ġiet mgħarrfa bil-preżenza ta’ katavru f’Tas-Sliema, dan ikkonfermah kelliem għall-Pulizija ma’ Newsbook.com.mt.

Il-kelliem spjega li l-l-allegat katavru nstab viċin l-Exiles. Iktar tard il-Pulizija qal li l-persuna sabu li kien għadu ħaj iżda ma kellux polz meta nstab. Intant persuna li kienet fuq il-post bdiet tagħti s-CPR lill-persuna li ma kienx konxju.

Il-persuna ttieħdet l-Isptar Mater Dei fejn qed jingħata l-kura meħtieġa. Il-persuna għadha mhux identifikata iżda ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja.

Bil-każ ġiet infurmatha l-Maġistrat Charmaine Galea li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet min-naħa tal-Pulizija għadhom għaddejjin.