Sea-Eye

Il-voluntiera abbord il-bastiment Alan Kurdi li hu operat mill-għaqda mhux governattiva Sea-Eye ma ngħatawx il-permess jidħlu Malta. Fuq facebook l-għaqda qalet li l-awtoritajiet Maltin ma tawx il-permess lill-bastiment jidħol Malta bil-voluntiera u għalhekk issa qed isalpa lejn Spanja.

Is-Sibt, il-Gvern ħareġ stqarrija dwar l-immigranti li ġew salvati. Huwa qal li dawn l-immigranti se jkunu rilokati f’erba’ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea. L-immigranti ddaħħlu Malta permess ta’ patrol boat, wara l-Gvern ma tax permess lill-bastiment biex jidħol Malta.

Newsbook.com.mt bagħat il-mistoqsijiet dwar dan lill-Ministeru tal-Intern u lil Transport Malta. Il-voluntiera abbord l-Alan Kurdi ilhom aktar minn 20 ġurnata fil-baħar Mediterran.

Ara: Aġġornata: L-immigranti ta’ Alan Kurdi se jiddaħlu Malta mill-AFM dalwaqt

Ara: Aġġornata: Filmat: Jaslu Malta l-immigranti li kienu abbord l-Alan Kurdi