Malta International Airport plc

L-Air Malta ma tmerix gazzetta lokali li kellha dejn ta’ €15-il miljun mal-Enemed fuq fjuwil qabel ma ngħalaq ir-rapport annwali. Fi stqarrija l-Air Malta qalet li min-naħa tagħha dejjem onorat il-ftehim finanzjarju.

Il-ġurnal The Malta Independent il-Ħadd rrapurtaw li l-linja tal-ajru Air Malta ħallset id-dejn wara l-laqgħa ġenerali annwali. Il-gazzetta qalet li sorsi mill-Gvern qalulha li dan sar sabiex jidher li hemm profitt.

Fi stqarrija l-Air Malta ddiskriviet din l-istorja bħala sfortuna li s-suċċess tal-kumpanija qed ikun imtappan minħabba transazzjonijiet finanzjarji li saru. Il-Ministru Konrad Mizzi kien ħabbar li l-kumpanija għamlet profit ta’ €1.2 miljun sa’ Marzu tal-2018.

Ara: Air Malta bi profitt rekord ta’ €1.2 miljun fl-2018

L-Air Malta qalet li dan li r-rendikont finanzjarju ġie awditjat minn kumpanijia indipenedenti u ilha tagħmel dan għal diversi snin.