Il-Qorti ddikjarat li hemm biżżejjed evidenza biex it-tliet żgħażagħ li qed jiġu akkużati bil-ħtif tal-bastiment El Hiblu 1 jitpoġġew taħt att ta’ akkuża.

It-tliet żgħażagħ li għandhom 15, 16, u 19-il sena qed jaffaċċjaw sentenza ta’ bejn seba’ snin u 30 sena ħabs. Tnejn minnhom huma mill-Guinea u l-ieħor huwa mill-Kosta tal-Avorju.

Allegatament, iż-żgħażagħ kienu parti minn grupp ta’ madwar 100 immigrant. Iż-żgħażagħ allegatament heddew lill-membri tal-ekwipaġġ u sfurzaw il-bastiment biex imur Malta minflok il-Libja.

Illum, il-Maġistrat Aaron Bugeja ddikjara li kien hemm biżżejjed evidenza biex l-akkużati jitpoġġew taħt att ta’ akkuża.

X’ġara s’issa?

El Hiblu 1: L-Uffiċjal Prinċipali jiċħad li rrapporta li kellu nies feruti abbord

Ritratti: 5 arrestati mill-bastiment “maħtuf mill-immigranti”

Bastiment allegatament maħtuf mill-immigranti ġej lejn Malta – Rapporti

El Hiblu 1: Għall-prosekuzzjoni l-kriżi fil-Libja mhix ġustifikazzjoni