Malta International Airport plc

Għadd ta’ għasafar laqtu ajruplan tal-Air Malta li kien qed itir minn Malta lejn Lyon.

Fi stqarrija, l-Air Malta qalet li l-inċident seħħ waqt it-titjira KM454 hekk kif l-ajruplan kien nieżel fl-ajruport ta’ Lyon. L-ajruplan bħalissa qed jissewwa minn persuni tekniċi fi Franza. Minħabba l-inċident, it-titjira KM455 minn Lyon għal Malta se tittardja. Titjiriet oħra tal-Air Malta jistgħu jiġu affettwati.

Il-kumpanija tal-ajru talbet lill-passiġġieri tagħha biex iżuru s-sit airmalta.com għall-aħħar informazzjoni dwar it-titjiriet tagħhom.