FILE PHOTO: WikiLeaks founder Julian Assange is seen in a police van after was arrested by British police outside the Ecuadorian embassy in London, Britain April 11, 2019. REUTERS/Henry Nicholls/File Photo

Il-fundatur ta’ WikiLeaks Julian Assange ripetutament kiser il-kundizzjonijiet tiegħu tal-ażil u pprova juża l-ambaxxata tal-Ekwador f’Londra bħala ċentru ta’ spjunaġġ, skont il-President tal-Ekwador Lenin Moreno.

Moreno qal dan mal-Guardian tar-Renju Unit.

Il-Pulizija tar-Renju Unit kaxrku lil Assange ‘l barra mill-ambaxxata l-Ħamis wara li l-ażil tiegħu ġie rtirat wara seba’ snin. Dan ifisser li t-triq għall-estradizzjoni tiegħu lejn l-Istati Uniti hija miftuħa. Dan b’rabta ma’ wieħed mill-akbar każijiet ta’ leaks ta’ informazzjoni classified.

Ir-relazzjoni ta’ Assange ma’ dawk li kienu qed jospitawh tkissret wara li l-Ekwador akkużatu li kien qed jagħmel leaks dwar il-ħajja personali ta’ Moreno.

Mal-Guardian, Moreno ċaħad li kien irreaġixxa bi tpattija għal mod dwar kif dokumenti dwar il-familja tiegħu ġew leaked. Qal li jiddispjaċih li Assange uża l-ambaxxata biex jinterferixxi fid-demokrazija ta’ pajjiżi oħra.