ANSA/BENEDETTA SALSI

Mara ta’ 94 sena li kienet fost l-ewwel nisa li vvutaw fl-Italja, se tkun qed tikkontesta l-elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali tal-Belt ta’ Reggio Emilia fl-Italja.

Skont Ansa, Maria Teresa Branduzzi vvutat għall-ewwel darba fit-18 t’April tal-1948, sentejn wara li l-vot unniversali dirett ingħata lin-nisa permezz ta’ referendum.

Branduzzi qed tikkontesta f’isem il-partit Reggio è, li huwa fergħa tal-Partit Demokratiku u qed tappoġġja lis-Sindku Luca Vecchi li qed jikkontesta għat-tieni terminu tiegħu.