Joe Gerada ilu jittella’ wirja annwali ta’ mudell ta’ knisja magħmul kollu mill-injam għall-dawn aħħar 19-il sena.

Il-mudell tal-knisja fih daqs ta’ 10 metri tul b’ħames metri wisgħa u huwa kollu magħmul bl-idejn. Fosthom insibu skultura irqiqa fl-injam, xogħol ta’ ferrobattuto, rakkmu bil-ħajt tad-deheb, pittura taż-żejt fuq it-tila, xogħol ta’ fidded, interzjar u ħafna aktar.

Din l-esebizzjoni ta’ arti li tinsab fi triq Korfu, is-Sgħajtar, Naxxar tkun miftuħa mill-Erbgħa ta’ qabel id-Duluri sa Sibt-il Għid ta’ kull sena, fost il-gimgħa mis-6.00 pm sal-10.00 pm; Sibtijiet, Ħdud, festi, Ħamis ix-Xirka u Ġimgħa l-Kbira mil-10.00 am sa nofsinhar u mis-6.00 pm sal-11.00 pm.

Iktar informazzoni tinsab fuq il-paġna ta’ Facebook.

Filmat u ritratti: Luke Zerafa

Editjar: Coryse Borg