Ian Noel Pace

Persuna weġġgħet gravi f’ħabta bejn żewġ vetturi f’San Ġiljan.

Il-ħabta ġrat fis-7am fi Triq Mikiel Anġ Borg bejn żewġ vetturi, li ħabtu wkoll f’xi karozzi pparkjati.

F’vettura minnhom kien hemm riekba sewwieq Korean ta’ 45 sena li joqgħod San Ġiljan, u persuna oħra barranija. Din ittieħdet l-isptar b’ambulanza fejn irriżulta li ġarrbet ġrieħi gravi. Il-vettura l-oħra kienet misjuqa minn raġel ta’ 37 sena minn Raħal Ġdid li ma sofra l-ebda ġrieħi.