Fil-programm Follow Up tal-Erbgħa 17 t’April ser nsegwu l-aħħar żviluppi dwar in-nirien li ħakmu il-Katidral ta’ Notre Dame f’Parigi. Ser niddiskutu, flimkien mal-mistieden preżenti is-Sur Sergio Grech, kittieb u storiku, u permezz tat-telefon mal-Professur Joe Friggieri, dwar l-impatt kulturali, artistiku u ta’ identita’, li se tħalli din it-traġedja. Se ngħatu ħarsa lejn dak li seħħ fl-arrest ta’ Julian Assange l-ġimgħa li għaddiet u l-aħħar żviluppi dwar Brexit flimkien mar-riċerkatur tal-affarijiet internazzjonali André P. Debattista.

Imexxi l-programm Walter Sultana.

Follow Up jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt fil-5pm.