Persuna ndarbet gravi wara ġlieda f’San Ġiljan.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-4pm fi Triq il-Kbira. L-argument seħħ bejn persuna mill-Bożnija-Ħerzegovina ta’ 27 sena u residenti l-Gżira, u persuna ta’ 44 sena residenti l-Belt Valletta.

Il-persuna ta’ 44 sena ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.