Il-Parlament Ewropew nieda r-raba’ u l-aħħar projezzjoni tas-siġġijiet għall-mandat li ġej, ibbażat fuq diversi stħarriġ nazzjonali miġbura. L-akbar partit mistenni jibqa’ l-Partit Popolari Ewropew b’180 siġġu u t-tieni l-ikbar il-Partit tas-Soċjalisti Ewropej b’149 siġġu.

Parlament Ewropew

Il-possibiltà ta’ kompożizzjoni bħal din hija bbażata fuq informazzjoni ppubblikata fl-istati membri miġbura sal-15 ta’ April. Dan ifisser li saru 43 stħarriġ speċifiku għall-elezzjonijiet Ewropej f’21 stat membru.

Il-partiti nazzjonali huma inklużi biss fil-gruppi politiċi eżistenti tal-Parlament Ewropew jew fil-partit politiku Ewropew assoċjat f’każ li huma diġà affiljati ma’ dan il-partit. Il-partiti politiċi l-ġodda kollha jew dawk li għadhom ma ddikjarawx l-intenzjonijiet ta’ affiljazzjoni tagħhom huma kategorizzati bħala ‘oħrajn’.

L-elezzjonijiet Ewropej se jsiru bejn it-23 u s-26 ta’ Mejju, b’Malta dawn l-elezzjonijiet se jsiru ma’ dawk tal-Kunsilli Lokali fil-25 ta’ Mejju li ġej.