Id-ditta tal-prodotti kożmetiċi KIKO Milano ħabbret li se tiftaħ l-ewwel ħanut tagħha f’Malta, bi qbil mal-kumpanija lokali tal-ħwejjeġ DIZZ Group.

Il-kumpanija Taljana KIKO hija magħrufa ħafna fl-Italja, u anke fost il-Maltin, li sikwit jixtru l-prodotti tal-irtokk tagħha minn barra minn Malta.

Diane Izzo, is-CEO ta’ DIZZ Group, qalet li huma onorati li qegħdin jikkollaboraw ma’ ditta li ilha fl-industrija għal iżjed minn 22 sena u li għandha aktar minn 900 ħanut madwar id-dinja. KIKO twaqqfet fl-1997.

Għadu ma tħabbarx fejn se jkun il-ħanut.