Rapporti f’gazzetti Taljani qegħdin jispekulaw li Cristiano Ronaldo se jitlaq minn mal-Juventus sentejn qabel jiskadilu l-kuntratt sakemm ma jinbidlux l-affarijiet.

Skont La Repubblica u Gazzetta dello Sport Ronaldo hu frustrat bir-riżultat li kiseb il-Juventus kontra l-Ajax, fil-kwart tal-finali taċ-Champions’ League, riżultat li wassal biex Ronaldo ma jiħux sehem fl-aħħar 4 logħbiet tal-kompetizzjoni għall-ewwel darba mill-kampanja tal-2009/10 ‘l hawn.

Wara li rebaħ dan il-kampjonat, darba mal-Manchester United u 4 darbiet mar-Real Madrid, ħafna basru li Ronaldo kellu jkun ir-raġġ ta’ dawl għall-Juventus biex iwassalhom għaċ-Champions’ League.

It-tim Taljan rebaħ il-kompetizzjoni darbtejn, l-aħħar darba fl-1996. Il-finali tilifha riċentament fl-2015 kontra Barċellona u fl-2017 kontra r-Real Madrid meta Ronaldo kien għadu mat-tim Spanjol.

View image on Twitter