Fl-aħħar seduta tal-Parlament Ewropew qabel l-Għid u l-elezzjonijiet tal-Membri tal-Parlament li se jsiru f’Mejju li ġej, il-Membru Parlamentari Ewropew Sloven ta’ sorpriża ħelwa lill-kollegi tiegħu.

Wara li Lojze Peterle rringrazzja lill-kollegi tiegħu tat-terminu Parlamentari li qattgħu flimkien, iddeċieda li jdoqq l-innu tal-Unjoni Ewropea bil-harmonica. Ġest li ntlaqa’ minn entużjażmu kbir mill-MEPs l-oħra kollha preżenti.

Hu qal li hija fir-responsabbiltà tagħhom li l-Ewropa tibqa’ magħquda.