L-Arċisqof Charles Scicluna mexxa ċ-ċelebrazzjoni tal-Vġili tal-Għid fil-Konkatidral ta’ San Ġwann. F’din iċ-ċelebrazzjoni l-Arċisqof fisser kif iċ-ċelebrazzjoni tal-lum tirrappreżenta “l-għajta ta’ tama” għall-bnedmin tad-dinja kollha.

Huwa qal li Ġesù kien imsallab u llum huwa irxuxtat. Kompla jgħid li Ġesù huwa ppreżentat lid-dinja kollha bħala sinjal li kulma ġġarraf jerġa’ jinbena u kulma qdiem jiġġedded.

Arkivji

Iċ-ċelebrazzjoni bdiet minn fuq it-taraġ tal-Konkatidral fejn l-Arċisqof bierek nar ġdid simbolu ta’ Kristu bħala d-dawl il-ġdid li rebaħ lill-ħażen. Wara, ċ-ċelebrazzjoni kompliet bil-qari ta’ siltiet mill-Kotba Mqaddsa u l-kant tal-Glorja. Imbagħad il-quddiesa kompliet bil-liturġija tal-Ewkaristija.

Matul din iċ-ċelebrazzjoni l-Arċisqof amministra s-Sagramenti tal-Bidu tal-Ħajja Nisranija lil tmien adulti minn seba’ pajjiżi differenti. Fl-Omelija huwa tkellem dwar ir-rit ta’ tħejjija għas-sagramenti fejn il-katekumeni għarfu li bid-dħul tagħhom fil-familja nisranija huma qiegħdin jagħtu xhieda tal-fidi tagħhom.

AQRA: L-Arċisqof jgħammed 8 adulti minn pajjiżi differenti

Fisser kif id-dixxipli mhumiex waħedhom li jiddubitaw lil Ġesù għax il-bnedmin jistaqsu x’ġara. Iżda l-Arċisqof wassal il-kliem ta’ Ġesù fejn qal lil ġemgħa preżenti “Serħu raskom” għaliex qal li għexieren ta’ Insara taw ħajjithom għal din il-fidi.

Dwar il-qari tal-liturġija tal-kelma, l-Arċisqof qal li quddiem il-bnedmin, lil Ġesù għaddewh ta’ preżuntuż u ta’ miġnun u libsuh libsa tlellex. Huwa qabbel dan man-nisa li marru fuq il-qabar ta’ Ġesù u qal li dawn m’għandhomx libsa tlellex iżda tiddi.

Il-Knisja tikber fin-numru permezz tal-katekumeni u minħabba li huma jieħdu s-sagramenti, il-Knisja tikber ukoll fil-Qdusija għaliex aktar bnedmin jissaffew mid-dnubiet.

Hawnhekk dar fuq il-katekumeni li kienu se jirċievu s-Sagramenti u qalilhom li l-libsa l-bajda li libsu għandha tfakkarhom fil-Mulej li jlibbishom lilu nnifsu, bħala bniedem ġdid mingħajr it-tlellix ta’ din id-dinja.

L-Arċisqof tkellem ukoll dwar iż-żewġ elementi ta’ qerda li tuża’ l-Knisja llum li huma n-nar u l-ilma. Fisser kif il-Knisja tbierek dawn l-elementi u televahom bħala sinjal ta’ salvazzjoni li jgħammidna bl-ilma u n-nar.

Vlogg: L-elementi tal-qerda jsiru l-elementi tas-salvazzjoni

Huwa temm l-Omelija tiegħu b’kelmtejn bl-Ingliż għall-katekumeni barranin li llejla se jsiru Nsara u membri ġodda tal-Knisja Kattolika.

Ilbieraħ fil-Ġimgħa l-Kbira, l-Azzjoni Liturġika tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej, Mons. Scicluna rrifletta fuq kliem Ponzju Pilatu, Ecce Homo, li fi kliem l-Arċisqof fihom verità profonda fuq diversi livelli.

Filmat: Ix-xbieha ta’ Ġesù fil-morda u fil-ħabsin ukoll

F’jum Ħamis ix-Xirka l-Arċisqof spjega s-sinifikat tal-ħasil tar-riġlejn bħala eżempju ta’ qadi u mħabba, għall-aħħar waqt li ħasel ir-riġlejn ta’ 16-il persuna fosthom ta’ romol u separati waqt it-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej.

Filmat: ‘Il-ħasil tar-riġlejn hu eżempju ta’ qadi u mħabba’

Dakinhar stess filgħodu, waqt l-Omelija tal-quddiesa tal-Griżma fejn bierek iż-żjut imqaddsa li matul is-sena jintużaw għall-amministrazzjoni tas-sagramenti, l-Arċisqof appella biex inwarrbu l-allat foloz ta’ din id-dinja inkluż kemm ikollna likes fuq Facebook.

Filmat: “Għandna nwarrbu l-allat foloz inkluż il-likes fuq Facebook”

Is-servizz b’filmati LIVE huwa pprovdut mill-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Kurja –
www.knisja.mt