Jekk tixtieq tisma’ l-kanzunetta tal-kantanta Maltija Emma Muscat u s-sieħeb tagħha, r-rapper Taljan Biondo, qabel ma din toħroġ b’mod uffiċċjali tista’ tittanta xortik fuq instagram.

Il-kantanta Maltija li kisbet fama kbira fl-Italja wara li kienet ipparteċipat fil-programm televiżiv Amici, issa se tkun qed toħroġ singolu ma’ Biondo bl-isem Avec Moi. Fuq Instagram, il-kantanta qalet li kull min jittagja ħames ħbieb minn tiegħu fuq il-post, jista’ jidħol biċ-ċans li nhar l-Ħamis li ġej jisma’ l-kanzunetta b’mod esklussiv flimkien mal-ħames sħabu.

Il-kanzunetta se toħroġ għall-pubbliku aktar tard fis-26 t’April.