Arkivji

L-Uffiċċju meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħareġ twissija ta’ riħ qawwi. Ir-riħ mix-Xlokk Lvant forza 6 li jsir forza 7 u se jkun qawwi għal qawwi ħafna fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin.

Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sad-9 ta’ għada filgħodu u terġa’ tiġġedded kif meħtieġ.

Il-Pulizija wkoll qed titlob prudenza fis-sewqan f’din il-kundizzjoni tat-temp. F’każ ta’ emerġenza l-pubbliku mħeġġeġ iċempel mill-ewwel fuq in-numru 112.

Jekk għandek xi ritratti jew filmati ibgħatilna fuq info@newsbook.com.mt