L-Università ta' Aberdeen akkużata li qed tħalli diskriminazzjoni kontra studenti li Favur il-Ħajja

Grupp ta’ studenti Favur il-Ħajja fl-Università ta’ Aberdeen fl-Iskozja fetaħ kawża kontra l-istess università u l-assoċjazzjoni tal-istudenti wara li ma tħalliex jaffilja mal-imsemmija Assoċjazzjoni għax hu Favur il-Ħajja.

F’Otturbu li għadda l-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tal-Università ma ħallietx li tissieħeb magħha lill-Aberdeen Life Ethics Society, għax qalet li l-politika tagħha (tal-Assoċjazzjoni) kienet favur l-għażla.  Minħabba f’hekk il-Life Ethics Society ma tistax tieħu fondi jew tuża postijiet fil-bini tal-università.

Ksur ta’ drittijiet

Issa, il-Life Ethics Society (ALES) fetħet kawża fejn qed tallega li qed tkun diskriminata u qed jinkisru d-drittijiet tagħha li huma protetti mil-Liġi Ngliża.

Alex Mason, kelliem għal ALES qal li fl-aħħar xhur sabu ħafna tfixkil u dewmien, iżda dan serva biex saħħaħ ir-rieda tal-għaqda biex tara li din id-diskriminazzjoni tieqaf. Il-pożizzjoni Favur il-Ħajja aktarx li m’hix waħda popolari fl-università imma xorta għandha l-protezzjoni sħiħa tal-liġi.

Huma qed jitolbu l-Qorti biex tiddikjara li d-deċiżjoni li ALES ma titħalliex tidħol fl-Assoċjazzjoni tal-Istudenti u ma tibbenefikax minn fondi jew użu ta’ swali fl-università m’hix kompatibbli mal-liġijiet  dwar l-ugwaljanza u d-drittijiet umani. Qed titlob li l-Qorti tordna li tkun affiljata mal-Assoċjazzjoni u jkollha l-benefiċċji u l-privileġġi li jgawdu għadiet oħra tal-istudenti.

Diskriminati għax kontra l-abort

ALES qalet li ppruvat tagħmel minn kollox biex twassal lill-Assoċjazzjoni tibdel id-deċiżjoni tagħha iżda kien kollu għalxejn u għalhekk kellha tirrikorri għall-Qorti biex tkun tista’ treżerċita d-drittijiet tagħha bla xkiel.

Kelliem għall-Università ta’  Aberdeen qal li l-università hi waħda inklusiva u tirrikonoxxi t-twemmin, valuri u kulturi differenti.

Gruppi Favur il-Ħajja f’universitajiet Skoċċiżi oħra wkoll qed jiffaċċjaw problemi simili bħal dawk f’Aberdeen.