Il-grupp Queen se jerġa’ jieħu l-ħajja bi spettaklu bl-isem ta’ Long Live the Queen ġol-ground ta’ Ħal Għaxaq nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Mejju.

Il-kunċert, organizzat mill-Għaqda Mużikali San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq stess, huwa bla ħlas, u d-donazzjonijiet li jinġabru se jingħataw lil Dar Bjorn. Dar Bjorn hija mmexxija minn Bjorn Formosa u tgħin lil nies li jsofru mill-ALS.

F’dan il-kunċert ser jindaqqu l-aktar diski li għamlu success tul il-karriera tal-grupp Queen, fosthom ‘The Show Must Go On’, ‘Bohemian Rhapsody’, ‘We are the Champions’ u ‘We will rock you’.

Il-kunċert ħa jsir mill-grupp Break Free, tribute band’popolari fl-Ewropa, magħrufa għall-mużika tal-grupp leġġendarju Queen. Il-kunċert jibda fit-8pm. Il-gruppi Vinyl Paradise u Airport Impressions se jagħtu bidu għal dan il-kunċert li jiftaħ l-istaġun tas-sajf Malti. L-organizzaturi se jieħdu ħsieb jorganizzaw ukoll spazju ta’ parkeġġ apposta għal dawk kollha li jattendu.

Dan il-grupp organizza kunċerti f’diversi pajjiżi oħrajn, fosthom fir-Renju Unit, Spanja, l-Italja, l-Ġermanja u Franza.