Mary Muscat, li ġiet irrappurtata nieqsa mill-Pulizija nhar is-Sibt li għadda, għadha ma nstabitx wara 5 ijiem.

Il-mara, li tbati bid-dimensja, intlemħet l-aħħar fis-17 t’April fil-11.35pm. Hija ġiet irrappurtata nieqsa fit-18 t’April fit-3pm, iżda l-Pulizija infurmat lill-midja bl-għajbien tagħha jumejn wara.

Għin lill-Pulizija ssib lil din il-mara li tbati bid-dimensja

Kull min għandu xi informazzjoni hu mitlub jgħaddiha lill-pulizija billi jċempel 21224001 jew 119, jew billi jmur l-għassa tal-pulizija tal-Qawra. Dan jista’ jagħmlu b’mod kunfidenzjali.