Id-data ta’ skadenza għan-nomini tal-kandidati għall-Parlament Ewropew għaddiet, u għalhekk illum tħabbru min huma l-41 kandidat li se jikkontestaw din l-elezzjoni sabiex jekk jitilgħu, jirrappreżentaw lil Malta fil-Parlament Ewropew sal-2024.

Il-Partit Laburista għandu l-iktar kandidati, b’14-il kandidat. Huwa segwit mill-Partit Nazzjonalista li għandu 10 kandidati. Il-Partit Demokratiku għandu 4 kandidati. L-Alternattiva Demokratika, l-Alleanza Bidla, u l-Moviment Patrijotti Maltin għandhom 2 kandidati. Brain Not Ego u Imperium Europa għandhom kandidat wieħed. Kandidati li se jikkontestaw indipendentament hemm 5.

Fost il-kandidati hemm 2 tal-Partit Laburista li diġà kienu Membri Parlamentari Ewropej, Miriam Dalli u Alfred Sant. It-tliet MEPs tal-Partit Nazzjonalista, David Casa, Roberta Metsola u Francis Zammit Dimech, kollha se jerġgħu jikkontestaw.

Il-Kandidat/a   Il-partit
Rebecca Dalli Gonzi Alleanza Bidla
Ivan Grech Mintoff Alleanza Bidla
Carmel Cacopardo Alternattiva Demokratika
Romina Tolu Alternattiva Demokratika
Antoine Paul Borg Brain Not Ego
Norman Lowell Imperium Europa
Joseph Aquilina Kandidat Indipendenti
Nazareno Bonnici Kandidat Indipendenti
Mario Borg Kandidat Indipendenti
Arnold Cassola Kandidat Indipendenti
Stephen Florian Kandidat Indipendenti
Simon Borg Moviment Patrijotti Maltin
Naged Megally Moviment Patrijotti Maltin
Camilla Appelgren Partit Demokratiku
Anthony Emanuel Buttigieg Partit Demokratiku
Martin Cauchi Inglott Partit Demokratiku
Godfrey Farrugia Partit Demokratiku
Alexander Matthew Agius Saliba Partit Laburista
Josef Caruana Partit Laburista
Noel Cassar Partit Laburista
Josianne Cutajar Partit Laburista
Miriam Dalli Partit Laburista
Cyrus Engerer Partit Laburista
Felix Galea Busuttil Partit Laburista
Mary Gauci Partit Laburista
James Grech Partit Laburista
Robert Micallef Partit Laburista
Joseph Mario Sammut Partit Laburista
Alfred Sant Partit Laburista
Lorna Vassallo Partit Laburista
Fleur Anne Vella Partit Laburista
Peter Agius Partit Nazzjonalista
Roselyn Borg Partit Nazzjonalista
Spiridione Borg Partit Nazzjonalista
Michael Briguglio Partit Nazzjonalista
David Casa Partit Nazzjonalista
Michael Mercieca Partit Nazzjonalista
Roberta Metsola Partit Nazzjonalista
Frank Psaila Partit Nazzjonalista
David Stellini Partit Nazzjonalista
Francis Zammit Dimech Partit Nazzjonalista