Xogħlijiet għaddejjin fuq l-istejġ tal-karozza tal-linja Bombi 3A qegħdin jostakolaw il-bankina, bil-konsegwenza li n-nies li jmorru biex jaqbdu l-karozza tal-linja jridu jinżlu minn fuq il-bankina u jimxu fit-triq.

Persuna li tkellmet ma’ Newsbook.com.mt ilmentat bil-periklu li hemm għal min imur biex jaqbad tal-linja. Hija qalet li l-bankina hija kompletament ostakolata bi trakk bit-terrapien.

Ħaddiem fuq il-post qal lil Newsbook.com.mt li x-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa qegħdin isiru biex ix-xelter tal-karozza tal-linja li hemm bħalissa jikber tul l-istejġis kollha, peress li dak kurrenti jintuża biss għal ċerti rotot, partikolarment dawk għan-Nofsinhar ta’ Malta, u mhuwiex kbir biżżejjed biex ikun ta’ kenn għan-nies li jkunu jridu jaqbdu rotot oħra.