Bjorn Formosa ddaħħal l-isptar b’emerġenza hekk kif ma setax jieħu n-nifs minħabba pnewmonja aspirattiva. Bjorn kiteb fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook u qal li l-laqgħat kollha li kellu tul din il-ġimgħa se jkunu qed isiru xorta waħda iżda mill-Isptar Mater Dei.

Huwa stqarr li dan l-aħħar, is-sitwazzjoni qed tagħmillu ħajtu aktar diffiċli. Huwa sostna li minkejja d-diffikultajiet, xorta għad hemm għan aħħari li għadu jrid jintlaħaq, dak li tinbena Dar Bjorn, dar akbar u ġdid. Bjorn ħeġġeġ lill-pubbliku biex jagħti donazzjoni permezz ta’ SMS fuq 50618936 – €6.99.

Tista’ tiskopri aktar dwar dan il-proġett minn hawn.