Dar u xi appartamenti li għadhom qed jibnew iġġarrfu f’Tal-Pietà.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ għall-ħabta tal-10.15pm fit-Telgħa ta’ Gwardamanġa. Fil-bini kien hemm aktar minn erba’ persuni, madanakollu mhux magħruf l-għadd sħiħ ta’ persuni li kienu ġewwa. Ħadd ma weġġa’ kawża tal-inċident.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija tad-distrett, Pulizija tal-RIU, membri tal-Protezzjoni Ċivili, u ambulanza.