In-numru ta’ vittmi tal-attakk suwiċida fuq il-knejjes u l-lukandi fi Sri Lanka fl-Għid il-Kbir tela’ għal 359 persuna. Dan stqarritu l-pulizija tal-pajjiż, iżda ma offrewx aktar dettalji.

Kelliem għall-pulizija ħabbar in-numru ta’ vittmi iżda ma daħalx fid-dettall ta’ kemm persuni mietu fit-tliet knejjes u kemm oħrajn mietu fl-erba’ lukandi li ġew milquta. Sa nhar it-Tlieta l-ammont kien ta’ 321 mejta u 500 persuna midruba.

L-attakk sar mill-grupp militanti tal-Istat Iżlamiku. Huma qalu li dan sar permezz ta’ seba’ attakkanti, iżda ma tawx provi ta’ dan.