Il-grupp tal-Iscouts ta’ Sliema qattgħu xi jiem fil-ġonna tal-Palazz tal-Verdala. L-Iscout Leader Timmy Cutugno tkellem ma’ Newsbook.com.mt u spjega kif l-iscouts iqattgħu xi jiem flimkien fi żmien l-Għid fejn jagħmlu attivitajiet diversi b’tagħlim varju.

Huwa spjega kif kull logħba jew attività li tiġi organizzata, jkollha xi għan warajha fejn it-tfal u ż-żgħażagħ jistgħu jitgħallmu xi ħaġa minnha. Waqt li kienu qed jikkampjaw fil-ġonna tal-Verdala, għamel żjara il-President ta’ Malta George Vella. Huwa ltaqa’ mal-grupp kollu u għamel xi ħin jitkellem mat-tfal. Il-grupp ippreżentalu rigal b’turija t’apprezzament talli ħallihom jużaw il-ġonna.