Jacqui Saburid, il-mara li wiċċha sar simbolu tal-perikli li jistgħu jinħolqu meta wieħed isuq xurban, mietet. Hija kellha inċident sfortunat lura fl-1999 hekk kif minħabba n-nar li qabad fl-inċident stess ikkawżalha ħruq f’wiċċha. Hija mietet minħabba l-marda tal-kanċer fl-età ta’ 40 sena ġewwa l-Guatemala.

Hija kellha biss 20 sena meta spiċċat involuta f’inċident fi triqtha lura ma sħabha minn festin ta’ ħabiba tagħha. Il-karozza tagħha spiċċat imwaħħla ġo karozza oħra hekk kif xufier li kien fis-sakkra baqa’ dieħel fuqha. Il-karozza tagħha ħadet in-nar u sofrie 60% ħruq filwaqt li tnejn minn sħabha mietu fuq il-post.

Jacqui kellha tagħmel aktar minn 100 operazzjoni fuq wiċċha u idejha. Il-kontijiet mediċi laħqu l-5 miljun dollaru Amerikan.