Ralph Cassar, is-Segretarju Ġenerali tal-Alternattiva Demokratika (AD) kif ukol Kunsillier f’Ħ’Attard stqarr li l-konġestjoni tat-traffiku hi riżultat tad-dipendenza akuta li l-poplu għandu fuq il-karozzi. Hu qal li għandha tkun din id-dipendenza li għandha tiġi indirizzata bla aktar dewmien. Dan qalu waqt konferenza li ġiet indirizzata f’Ħ’Attard.

Cassar qal li l-Gvern u l-aġenzija tiegħu qed jagħmlu ħilithom biex jevitaw li jindirizzaw din il-problema. Hu qal li hemm bosta miżuri li jistgħu jittieħdu bħal eżempju s-sitema ta’ Bus Rapid Transit li tgħaqqad il-lokalitajiet prinċipali b’korsiji fit-toroq riservati biss għal tal-linja. Cassar qal ukoll li żoni l-aktar imniġġsa għandhom jiġu dikjarati low emmission zones b’sistema ta’ congestion chargers. Hu tenna li sfortunatament il-lokalitajiet qed isibu ħafna tfixkil minn Transport Malta li xogħolha milli jidher hu li tkeċċi n-nies mit-toroq.

Waqt l-istess konferenza, tkellem ukoll Carmel Cacopardo, iċ-Chairperson tal-AD. Hu qal li l-politika tal-Gvern dwar it-trasport u l-mobilità qed iżżid it-traffiku u t-tniġġis. Hu sostna li hemm bżonn li toroq residenzjali jsiru aktar siguri u li l-Kunsilli Lokali jaħdmu biex it-toroq isiru spażju għan-nies u mhux għall-karozzi.