Il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un wasal ir-Russja aktar kmieni llum għas-summit li x’aktarx juża biex jikseb l-appoġġ mill-President Russu Vladimir Putin filwaqt li t-taħdidiet nukleari ta’ Pyongyang ma’ Washington jinsabu f’limbu.

F’waqfa li għamel fil-fruntiera, Kim qal lit-televiżjoni tal-istat Russu li kien qed jittama li jsiru diskussjonijiet utli u ta’ suċċess ma’ Putin. Huwa qal li qed jispera li jkunu jistgħu jiddiskutu kwistjonijiet konkreti dwar negozjati ta’ paċi dwar il-peniżola Koreana.