L-eks maniġer tal-Juventus huwa eliġibbli li jivvota għall-Kunsilli Lokali f’Malta.

Ritratt li ġie ppubblikat online juri d-dokument tal-vot għall-Kunsilli Lokali ta’ Luciano Moggi, l-eks maniger tal-klabb Juventus. Moggi huwa eliġibbli li jivvota għall-Kunsill Lokali tal-Gżira.

L-eks Maniġer ta’ Juventus kien ġie pprojbit għal għomru mill-federazzjoni tal-futbol Taljana minħabba l-involviment tiegħu fl-iskandlu li seħħ fl-Italja fl-2006. F’dan l-skandlu Moggi kien akkużat li kien influwenza lir-referees fil-logħob. Il-Pulizija kienet interċettat konverżazzjonijiet li Moggi kellu ma’ diversi maniġers u referees.