Skont l-istħarriġ li sar mill-Parlament Ewropew f’April li għadda wera li 80% taċ-ċittadini jaqblu li dak li jgħaqqad l-Ewropej huwa iktar importanti minn dak li jifred.

55% taċ-ċittadini Ewropej iħarsu lejn l-Ewropa b’sentiment ta’ tama u fiduċja.

Skont ir-rapport tal-Ewrobarometru juri kif żewġ terzi tal-Ewropej jemmnu li l-Unjoni Ewropea hija ta’ benefiċċju għall-pajjiżhom u 61% qalu li l-Unjoni Ewropea hija ħaġa tajba.

Aqra dwar dan ir-rapport hawnhekk: 

F’din l-istqarrija l-Parlament Ewropew nieda filmat sabiex iħeġġeġ lill-votanti jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin. L-għan ta’ dan il-filmat hu li wieħed jirrifletti dwar kif jaffettwa l-vot lil ġenerazzjonijiet futuri. In-narratriċi ta’ dan il-film hija tifla Daniża li qed tappella lill-votanti s-sens ta’ responsabbiltà.

Il-Parlament Ewropew qal li l-futur tal-Ewropa huwa f’idejn dawk li se jivvutaw fl-elezzjonijiet ta’ Mejju li ġej. Żiedu li skont l-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru wera li ftit aktar minn terz kienu ċerti li se jivvutaw filwaqt li 32% kienu għadhom mhux ċerti.