L-amazonia, fejn in-nuqqas ta' qassisin qed jinħass sew

Mill-1970 ‘l hawn in-numru ta’ Kattoliċi fil-Brazil qed jonqos filwaqt li qed jiżdiedu d-denominazzjonijiet Evanġeliċi. Dan spiss iwassal għal ansjetà għall-Knisja Kattolika li tibża’ li jkun hemm kriżi li ma tqumx minnha, fil-vokazzjonijiet

Għalkemm fil-pajjiż hemm l-akbar popolazzjoni Kattolika fid-dinja – 123 miljun – jekk ikun hemm nuqqas ta’ saċerdoti dan in-numru jista’ jonqos.

L-enfasi li qed jagħmel il-Papa Franġisku dwar il-ħidma pastorali fir-reġjun tal-Amazonia, qed jagħmel aktar urġenti id-diskussjoni dwar in-numru ta’ qassisin meħtieġa fil-pajjiż.

Ordinazzjoni ta’ rġiel miżżewġa

L-isfida l-kbira li għandha l-Knisja fir-reġjun tal-Amazonia li jinfirex fuq aktar minn 2.7 miljun mil kwadru u jinkludi disa’ pajjiżi fl-Amerika t’Isfel, wassal lil xi Isqfijiet jikkunsidraw  l-ordinazzjoni ta’ rġiel miżżewġa bħala qassisin.  Din it-tema se tkun diskussa fis-Sinodu tal-Isqfijiet dwar l-Amazonia li mistenni jsir f’Ruma f’Ottubru li ġej.

Fr Jose Carlos Pereira, awtur ta’ diversi studji dwar il-kleru fil-Brazil isostni li s-saċerdoti fil-pajjiż mhux imqassma tajjeb.  Hemm konċentrament tagħhom  fin-nofsinhar tal-pajjiż. Numru minn dawn jistgħu faċilment jintbagħtu fl-Amazonia.

Skont Fr Pereira,  in-nuqqas ta’ saċerdoti fl-Amazonia hu marbut mal-kobor immens ta’ numru ta’ djoċesijiet u n-nuqqas ta’ infrastruttura fir-reġjun. Vjaġġ żgħir f’parroċċa jista’ jeħodlok jiem sħaħ bil-karrozza jew b’dgħajsa. Ħafna drabi l-qassis irid jivvjaġġa fit-tul waħdu f’nofs foresta, bil-periklu ta’ dan.

27,400 saċerdot

Fil-277 djoċesi li jiffurmaw il-Knisja Kattolika fil-Brazil. Fl-2014, l-aħħar darba li sar ċensiment, kien hemm 27,400 saċerdit ku 18,200 minnhom huma qassisin djoċesani u oħrajn membri ta’ diversi kongregazzjonijiet.

B’kuntrast ma’ dan, l-Istati Uniti fejn in-numru ta’ Kattoliċi hu daqs nofs dawk fil-Brazil,  fl-2018 kien hemm aktar minn 37,300 qassis kattolika. Fil-Brazil hemm qassis wieħed għal kull 4,500 Kattoliku.

L-aħħar linji gwida tal-Knisja Kattolika fil-Brazil jenfasizzaw il-bżonn li jinħolqu komunitajiet żgħar biex il-qassis ikun jista’jaħdem aktar qrib il-poplu. Biex dan ikun jista’ jsir kif mixtieq ikun hemm bżonn id-oppju tan-numru ta’ qassisin li hemm illum.

Ir-realtà tista’ tkun ferm aktar differenti minn dak li wieħed jixtieq.

Għal 10 snin sħaħ Fr Fereira ħadem fuq il-formazzjoni tal-qassisin f’numru ta’ seminarji u mexxa numru ta’ seminarji u istituti reliġjużi fil-Brazil. “Jien kont ordnat saċerdot fl-1996 flimkien ma’ 88 oħra. Illum fl-istess arċidjoċesi fil-kors għas-saċerdozju hemm 41 student. Hemm numru ta’ seminarji li għandhom seminarista wieħed u oħrajn li m’għandhom xejn. Naħseb li fil-futur l-ordinazzjoni ta’ rġiel miżżewġa bħala saċerdoti se tkun inevitabbli”, sostna s-saċerdot.