Inqas minn 5 persuni taħt l-età li kienu waħedhom applikaw għall-ażil f’Malta fl-2018, skont rapport tal-istatistika dwar l-ażil maħruġ mill-Eurostat. L-aktar pajjiż li kellu applikazzjonijiet għall-ażil minn minorenni kien il-Ġermanja b’4,085 talba.

Ir-rapport tal-Eurostat jikkalkula kollox b’5, u fil-lista, Malta hija mniżżla li fl-2018 kellha 5 applikazzjonijiet għall-ażil minn minorenni waħidhom. Dan ifisser li n-numru seta’ kien inqas minn 5, iżda ġie rrawndjat għal 5. Mhuwiex speċifikat jekk dawn kinux bniet jew subien u kemm kellhom żmien. L-istatistika turi li fl-2017, Malta rat l-istess numru ta’ applikazzjonijiet minn minorenni waħedhom.

B’kollox, fl-Unjoni Ewropea, kien hemm 19,700 minorenni jfittxu l-ażil fl-istati membri. Dan in-numru naqas b’mod sinifikanti mill-2017 ‘l hawn, meta kien ta’ 31,400. Fl-2018, il-minorenni waħedhom fl-UE kienu 10% mill-applikanti kollha ta’ taħt it-18-il sena.

Il-maġġoranza ta’ dawn il-minorenni fl-2018 kienu rġiel, b’persentaġġ ta’ 86%. 14,800 minnhom kellhom bejn 16 u 17-il sena, 3,400 minnhom kellhom bejn 14 u 15-il sena, filwaqt li 1,400 minnhom kellhom inqas minn 14-il sena. L-aktar li ġew minorenni kien mill-Afganistan, mill-Eritrea, mill-Pakistan, mis-Sirja, mill-Guinea u mill-Iraq.

It-total fl-2017 It-total fl-2018 li minnhom: Persentaġġ tal-applikanti minorenni kollha (%) It-total tagħhom fl-UE (%)
Maskili (%) Età inqas minn UE
UE
31 395 19 740 85.8 7.3 10.3* 100.0
Il-Belġju 735 810 83.4 10.4 12.3 4.1
Bulgarija 440 480 95.4 8.3 57.1 2.4
Ir-Repubblika Ċeka 0 0
Id-Danimarka 460 240 89.2 12.0 21.8 1.2
Il-Ġermanja 9 085 4 085 79.9 9.1 4.8 20.7
L-Estonja 0 0
L-Irlanda 30 15 88.2 0.0 2.0 0.1
Il-Greċja 2 455 2 640 92.6 6.8 12.1 13.4
Spanja 20 75 76.6 10.4 0.7 0.4
Franza 590 740 75.6 5.3 3.1 3.8
Il-Kroazja 40 25 91.7 20.8 10.7 0.1
L-Italja 10 005 3 885 91.2 0.9 -** 19.7
Ċipru 225 260 73.7 3.9 23.7 1.3
Il-Latvja 10 5
Il-Litwanja 0 0
Il-Lussemburgu 50 35 88.9 16.7 5.9 0.2
L-Ungerija 230 40 97.6 33.3 11.7 0.2
Malta 5 5
In-Netherlands 1 180 1 225 82.3 10.7 22.2 6.2
L-Austria 1 350 390 84.4 12.8 5.9 2.0
Il-Polonja 115 125 56.8 72.8 6.7 0.6
Il-Portugall 40 40 73.7 5.3 12.6 0.2
Ir-Rumanija 265 135 77.9 28.7 24.6 0.7
Is-Slovenja 390 555 98.4 3.2 70.3 2.8
Is-Slovakkja 10 10
Il-Finlandja 175 105 71.0 18.7 9.6 0.5
L-Iżvezja 1 285 930 73.4 22.0 14.6 4.7
Ir-Renju Unit 2 205 2 870 88.6 2.4 31.3 14.5
L-Iżlanda 10 5
Liechtenstein 0 0
In-Norveġja 175 145 74.1 20.3 17.8
L-Iżvizzera 765 435 83.7 10.8 7.0