Id-disinjatur tal-ħwejjeġ Jean Paul Gaultier mistenni jasal fl-Iżrael ix-xahar id-dieħel biex ilibbes kemm lil Madonna kif ukoll lil Dana International għall-Eurovision Song Contest.

Id-disinjatur Franċiż huwa mistenni li se jasal l-Iżrael fit-13 ta’ Mejju, jum qabel l-ewwel semi-finali tal-Eurovision, u jibqa’ hemm sal-finali li se ssir fit-18 ta’ Mejju. Gaultier, leġġenda fid-dinja tal-haute couture, ħadem drabi oħra maż-żewġ personaġġi fil-passat, u pproduċa bosta lbiesi għal kantanti tal-Eurovision.

Fl-1998, huwa ħoloq ġakketta emblematika bir-rix għal Dana International, li hija kienet libset wara li rebħet il-Eurovision fir-Renju Unit.