Newsbook.com.mt kien LIVE mill-bini tal-Parlament Ewropew fi Brussell minn fejn qed jiġu organizzati l-attivitajiet tal-Ġimgħa Ewropea għaż-Żgħażagħ.

Żgħażagħ Maltin huma fost il-parteċipanti li din il-ġimgħa qed jieħdu sehem fl-attivitajiet li qed jiġu organizzati qrib il-Parlament Ewropew. Iż-żgħażagħ li qed jipparteċipaw fid-diskussjoni huma: Michael Piccinino (European Youth Forum), Celine Talbot (Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ), Elsa Cassar (The Scout Association of Malta) u Josef Cutajar (qed jagħmel Internship fi Brussell).

Il-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ issir kull sentejn biex tiċċelebra u tippromwovi attivitajiet immirati lejn iż-żgħażagħ permezz ta’ avvenimenti organizzati fil-pajjiżi kollha li jipparteċipaw fil-programm Erasmus+.

Bħalissa fi Brussell l-attivitajiet qed jiġu organizzati mill-European Youth Forum, l-organizzazzjoni Ewropea li tiġbor fi ħdanha l-kunsilli taż-żgħażagħ madwar l-Ewropa kif ukoll l-għaqdiet taż-żgħażagħ fuq livell Ewropew.

AQRA: European Youth Week 2019: ‘Democracy and me’